Min segwa l-aħħar edizzjoni ta’ HazZzard żgur li hu familjari ma’ Monalisa Busuttil, waħda mill-parteċipanti li saħansitra waslet sal-finali ta’ din l-avventura. Għalkemm din kienet xi ħaġa li Monalisa kienet ilha tixtieq li tagħmel, u kienet konxja li se tkun esposta għall-kritika tat-telespettaturi, dak li seħħ wara qallbilha ħajjitha.
“Tkun kemm tkun preparata qatt ma tkun preparata biżżejjed,” qalet Monalisa f’intervista ma’ Newsbook Malta.